Moviment Graffitti Malta.  | Diskussjoni: L-Attiviżmu f'Sistema b'Żewġ Partiti
Event Details

12/10/2019

67, Straight Street, Valletta

FREE

See Event Details

Diskussjoni: L-Attiviżmu f'Sistema b'Żewġ Partiti

"Mhux kollox għalxejn?”

“Nammirakom, imma mhux li jridu huma se jagħmlu?”

“Għalfejn ma toħorġux għall-elezzjoni flok tikkritikaw minn barra?”


Dawn huma ftit mill-frażijiet li nisimgħu ta’ spiss dwar l-attiviżmu tagħna u tal-oħrajn.


L-attiviżmu inutli? Bilfors trid tkun f’xi partit politiku biex iġġib il-bidla? X’inhu r-rwol tal-movimenti attivisti fis-soċjetà Maltija?


Dan se niddiskutuh fl-isfond ta’ realtà fejn il-politika partiġġjana hija dominanti fis-soċjetà Maltija: għandha tkun daqshekk kontroversjali l-għażla li nitolbu lill-partiti politiċi ma jattendux protesti bħal dik tas-7 ta’ Settembru? Għandna nħallu spazju kompletament ħieles mill-partiġġjaniżmu, jew qed neskludu sezzjoni tal-pubbliku?


Għalhekk, se nkunu qed nistaqsu wkoll x’għandha tkun ir-relazzjoni tal-attivisti fis-soċjetà ċivili mal-partiti politiċi, u jekk l-attiviżmu tassew jistax jinfluwenza l-politika filwaqt li jibqa’ indipendenti mill-partiti.


Niddiskutu dawn it-temi u aktar nhar is-Sibt 12 ta’ Ottubru flimkien ma’:

  • Angele Deguara, soċjologa u attivista tal-Moviment Graffitti
  • Michael Briguglio soċjologu, ex-attivist tal-Moviment Graffitti u persuna li nvolviet ruħha f'partiti politiċi. 
  • Sammy Meilaq, ex-ħaddiem tat-Tarzna u trejdunjonista, u persuna li kienet involuta fil-Partit Laburista


Id-dibattitu jibda fis-7 u se jitmexxa bil-Malti, u se jkun miftuħ għall-kontribuzzjonijiet mill-udjenza.


Narawkom hemm!