Loading Events

Events

Jiena Jane Doe – Il-Jum Internazzjonali għall-Eliminazzjoni tal-Vjolenza fuq in-Nisa

On the International Day for the Elimination of Violence against Women, Moviment Graffitti invites the public to a gathering and march in Valletta, starting at 6.30pm in front of Parliament.

“Jiena Jane Doe” is this year’s title to underline that we are all affected by the patriarchal violence in our relationships and society. Verbal violence, sexist comments, diminishing of women’s value at workplace, abuse, harassment, psychological and tragic physical violence.

In the past months, there have been three femicides in Malta. Three women of different ages and paths of life have lost their lives at the hand of men very close to them, to ones that have claimed to loved them.

We urge the public to join us to remember the women who lost their lives to a culture of oppression and patriarchal dominance which pollutes all our lives. We can only win this fight, together.

We encourage those joining us to dress in white as a symbol of solidarity, peace, and hope.

******

Fil-Jum Internazzjonali għall-Eliminazzjoni tal-Vjolenza fuq in-Nisa, il-Moviment Graffitti qed jistieden lill-pubbliku biex jingħaqad miegħu għal dimostrazzjoni u marċ fil-Belt Valletta, fis-6.30pm quddiem il-Parlament.

“Jiena Jane Doe” huwa t-titlu magħżul għal din is-sena biex nenfasizzaw li lkoll kemm aħna niġu affettwati mill-vjolenza patrijarkali, kemm fir-relazzjonijiet tagħna kif ukoll fis-soċjetà. Din il-vjolenza tieħu bosta forom: vjolenza verbali, kummenti sessisti, l-iżvalutazzjoni tan-nisa fuq il-post tax-xogħol, abbuż, fastidju, vjolenza psikoloġika u, fl-aktar każijiet traġiċi, vjolenza fiżika.

Fl-aħħar xhur, f’Malta seħħew tliet femiċidji. Tliet nisa, ta’ etajiet differenti u b’esperjenzi differenti, inqatlu minn irġiel qrib ħafna tagħhom, irġiel li kienu suppost iħobbuhom.

Inħeġġu lill-pubbliku jingħaqad magħna biex infakkru lin-nisa li tilfu ħajjithom minħabba kultura ta’ oppressjoni u dominanza patrijarkali li qiegħda tivvelenalna ħajjitna lkoll. Din il-ġlieda nistgħu nirbħuha biss jekk niġġilduha flimkien.

Inħeġġu lil dawk li se jipparteċipaw magħna biex jilbsu l-abjad bħala simbolu ta’ solidarjetà, paċi u tama.