BALLUTA BAY UNDER THREAT – PLANNING COMMISSION MEETING
The decision on the application for Fortina’s private ferry in Balluta Bay will be taken on Monday 3rd February at 9:30am, during a Planning Commission meeting at the PA Boardroom. The public is encouraged to attend this meeting in order to voice its opposition to this project.
Should permission be granted for this jetty, Balluta Bay would be transformed into a berthing place for Fortina’s private ferry. Basically, Balluta Bay would suffer the same fate as the Ferries in Sliema, where this same company took over the largest part of the shore for its private ferries.
If approved, it would:
- Deny the residents of Sliema and St. Julian’s, all Maltese and Gozitans and also tourists, the enjoyment of one of Malta’s most important beaches. A jetty for a private ferry in such a small beach will inevitably mean constant hazards for bathers and sea pollution.
- Continue the takeover of public spaces for private interests. Fortina’s jetty has no public benefit – it is NOT an alternative means of transport. This is simply a jetty for a private ferry for tourists, from which only Fortina will profit.
See you on Monday!
**************
IL-BAJJA TAL-BALLUTA MHEDDA – Il-LAQGĦA TAL-KUMMISSJONI TAL-IPPJANAR
Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal ferry privat tal-Fortina fil-Bajja tal-Balluta se tittieħed nhar it-Tnejn 3 ta’ Frar fid-9:30am, waqt laqgħa tal-Kummissjoni tal-Ippjanar ġewwa l-boardroom tal-PA. Il-pubbliku huwa mħeġġeġ jattendi għal din il-laqgħa sabiex juri l-oppożizzjoni tiegħu għal dan il-proġett.
Jekk jinħareġ il-permess għal dan il-proġett, il-Bajja tal-Balluta ser tispiċċa post minn fejn jitlaq u fejn jittrakka ferry privat tal-Fortina. F’kelma waħda, hemm pjan biex il-Bajja tal-Balluta issofri l-istess destin tal-Ferries f’tas-Sliema, fejn din l-istess kumpanija ħadet il-biċċa l-kbira tax-xatt għall-ferries privati tagħha.
Dan il-pjan, jekk isir, se jkun qed:
- Iċaħħad lir-residenti tas-Sliema u San Ġiljan, lill-Maltin u l-Għawdxin kollha u anka lit-turisti milli jgawdu bajja ewlenija f’pajjiżna. Moll għal ferry privat f’bajja zgħira bħal dik se jfisser periklu kontinwu għall-għawwiema kif ukoll tniġġiż fil-baħar.
- Ikompli jieħu spazji pubbliċi għal interessi privati. Il-moll tal-Fortina m’għandu ebda skop pubbliku – m’huwiex mezz ta’ trasport alternattiv, iżda huwa sempliċiment moll għal ferry privat għat-turisti, li minnu se jagħmlu qligħ biss il-Fortina.
Narawkom nhar it-Tnejn!