On Monday 4th February at 2pm, the Parliamentary Standing Committee responsible for the Environment and Development Planning will discuss the proposed Corinthia deal.
The public is encouraged to attend this meeting. Please bring your ID Card with you as it is needed to access Parliament building.
This discussion is being held following a request by a large number of NGOs, residents’ groups and three Local Councils for an urgent meeting of the Committee to discuss the imminent concession of title, land and environmental rights to the Corinthia Group (IHI). They had stated that this concession will have repercussions on all stakeholders, the public and the natural environment, and that these repercussions will be direct and will contribute to their quality of life.
Moreover, they stated that the public has a right to know whether the necessary studies for such a massive development have been conducted and concluded. Although this is not a planning application, the draft agreement with the Corinthia group refers to reclamation of the seabed and lists other factors which would effectively render the obtainment of a planning permission a fait accompli.
The request was made by the following:
- Local Councils: Pembroke, Swieqi and St. Julian’s
- NGOs: Din l-Art Ħelwa, Flimkien għal Ambjent Aħjar, Friends of the Earth Malta, Moviment Graffitti, BirdLife Malta, Żminijietna – Voice of the Left and the Ramblers Association
- Residents’ Groups: Residents of Pembroke, St. Julians, Tal-Ibraġġ, St. Andrews, Sliema, Għargħur and Baħar iċ-Cagħaq.
—————————————————-
Nhar it-Tnejn 4 ta’ Frar, fis-2pm, se jiltaqa’ il-Kumitat Permanenti tal-Parlament responsabbli mill-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp sabiex jiddiskuti l-ftehim propost mal-Corinthia.
Inħeġġu lill-pubbliku jattendi għal din il-laqgħa. Jekk jogħġobkom ġibu magħkom il-Karta tal-Identità għax din hija meħtieġa biex tidħlu fil-bini tal-Parlament.
Din il-laqgħa qed issir wara talba minn numru kbir ta’ għaqdiet, gruppi tar-residenti u tliet Kunsilli Lokali għal laqgħa urġenti tal-Kumitat dwar il-konċessjoni imminenti ta’ drittijiet fuq l-art u l-ambjent lill-grupp Corinthia (IHI). Dawn qalu li din il-konċessjoni se jkollha riperkussjonijiet fuq il-partijiet interessati, il-pubbliku u l-ambjent naturali, u li dawn ir-riperkussjonijiet se jkunu diretti u se jimpattaw il-kwalità tal-ħajja.
Qalu wkoll li l-pubbliku għandu dritt ikun jaf jekk l-istudji meħtieġa għal żvilupp daqshekk massiċċ sarux u ġewx konklużi. Għalkemm din mhijiex applikazzjoni għal żvilupp, l-abbozz tal-ftehim mal-Corinthia jirreferi għar-reklamazzjoni ta’ qiegħ il-baħar u fatturi oħra li, fil-prattika, jagħmlu l-kisba ta’ permess għall-iżvilupp bħala fait accompli.
It-talba saret minn:
- Kunsilli Lokali: Pembroke, Swieqi u San Ġiljan
- NGOs: Din l-Art Ħelwa, Flimkien għal Ambjent Aħjar, Friends of the Earth Malta, Moviment Graffitti, BirdLife Malta, Żminijietna – Voice of the Left u Ramblers Association
- Gruppi tar-residenti: Residenti ta’ Pembroke, San Ġiljan, St. Andrews, Sliema, Għargħur u Baħar iċ-Ċagħaq