Press Statement - March on Women's Day |  Moviment Graffitti Malta.
04/03/2018

Press Statement - March on Women's Day

Press Statement 04/03/18


Women’s Day March – Raise Your Voice


On the 8th March - International Women’s Day - Moviment Graffitti, Women's Rights Foundation, Gender Equality Malta - GEM, Men Against Violence and Integra Foundation are organising a march to denounce violence against women and all forms of sexism. We’ll meet at 5:30pm at City Gate, Valletta, and march down Republic Street. This march has also been endorsed by the following organisations: Department of Gender Studies - University of Malta, MGRM, aditus Foundation, Żminijietna – Voice of the Left, Gay-Straight Alliance MCAST (GSAM) and the A4E - Association for Equality.


Violence against women is not decreasing in numbers and usually involves family or (ex)partners, not just a few delinquent individuals. Gender-based violence is deep-rooted, inseparable from the reality of structural gender inequality that manifests itself in social attitudes, gender roles and dominant discourses.


We see the necessity to raise our voices, keep the fight going and build new solidarity networks with all women, individuals and organisations that refuse to tolerate the fact that some husbands, partners, brothers and fathers still abuse women.


We are also aware of the difficulties that women in Malta face as mothers and workers. In a market where rent and property prices have spiralled out of control, compounded by low wages and the increasing cost of living, people like single mothers and women with abusive partners are finding it harder to build an independent living. Specific difficulties are also experienced by Trans women, facing transphobia and financial burdens, as well as by migrant women, often living precarious lives due to temporary documentation and, at times, a hostile social environment.


We have to do something now if we wish that the younger generations grow up in a better Malta, where any form of gender-based abuse will no longer form part of our lives.


We call onto all women, LGBTQI persons and all individuals who feel the need to fight gender inequality to unify on 8th March and raise their voices against violence on women and gender-based violence.


Everyone is invited to participate. People can visit our Facebook event (https://www.facebook.com/events/158043478232607/) for more information.



Stqarrija Stampa 04/03/18


Mixja f’Jum il-Mara – Semma’ Leħnek


Fit-8 ta’ Marzu - Jum il-Mara – il-Moviment Graffitti, Women’s Rights Foundation, Gender Equality Malta, Men Against Violence u Integra Foundation se jkunu qed jorganizzaw mixja sabiex isemmgħu leħinhom kontra l-vjolenza fuq n-nisa u kull forma ta’ sessiżmu. Sa niltaqgħu fil-5:30pm, qrib Bieb il-Belt, u nimxu tul Triq ir-Repubblika. Din il-mixja għandha wkoll l-appoġġ ta’: Dipartiment Studji dwar il-Ġeneri, Malta Gay Rights Movement (MGRM), aditus Foundation, Żminijietna – Voice of the Left, Gay-Straight Alliance MCAST (GSAM) u Association for Equality (A4E).


Il-vjolenza kontra n-nisa mhijiex qed tonqos u normalment tinvolvi familjari jew (ex) imsieħba, u mhux biss ftit individwi delinkwenti. Il-vjolenza ibbażata fuq il-ġeneru għandha għeruq fondi u hija inseparabbli mir-realtà tal-inugwaljanza strutturali bejn is-sessi, li timmanifesta ruħha f'imġieba mifruxa fis-soċjetá, f’irwoli tas-sessi u f’diskorsi dominanti.


Inħossu l-ħtieġa li nsemmgħu leħinnha, inkomplu l-ġlieda kontra l-vjolenza u nibnu netwerks ġodda ta’ solidarjetà man-nisa, l-individwi u l-għaqdiet kollha li jirrifjutaw li jittolleraw il-fatt li xi irġiel, sieħba, aħwa u missirijiet għadhom jabbużaw in-nisa.


Aħna konxji wkoll tad-diffikultajiet li jiffaċċjaw in-nisa f'Malta bħala ommijiet u ħaddiema. F'suq fejn il-prezzijiet tal-kera u tal-propjetà għolew mingħajr kontroll, flimkien ma’ pagi baxxi u ż-żieda fl-għoli tal-ħajja, nies bħal ommijiet waħedhom u nisa b'sieħba abbużivi qed isibuha iktar diffiċli biex jibnu ħajja indipendenti. Diffikultajiet speċifiċi huma esperjenzati wkoll minn nisa Trans, li qed jiffaċċjaw transfobija u piżijiet finanzjarji, kif ukoll minn nisa migranti, li sikwit jgħixu ħajja prekarja minħabba dokumentazzjoni temporanja u, kultant, ambjent soċjali ostili.


Hemm bżonn li nagħmlu xi ħaġa issa jekk irridu li l-ġenerazzjonijiet iż-żgħar jikbru f'Malta aħjar, fejn kwalunkwe abbuż ibbażat fuq il-ġeneru ma jibqax jagħmel parti mill-ħajja tagħna.


Insejħu lin-nisa kollha, persuni LGBTQI u dawk l-individwi kollha li jħossu l-ħtieġa li jiġġieldu kontra l-inugwaljanza bejn is-sessi biex jingħaqdu fit-8 ta' Marzu u b’vuċi waħda jsemmgħu leħinhom kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza ibbażata fuq il-ġeneru.


Kulħadd huwa mistieden biex jipparteċipa. In-nies jistgħu jżuru l-attività fuq Facebok (https://www.facebook.com/events/158043478232607/) għal iktar informazzjoni