Loading Events

Events

Tgħaddux Gaffa Minn Fuq Pembroke – Konferenza Stampa

Bħalissa hemm pjanijiet li ser ibiddlu radikalment għall-agħar il-ħajja f’Pembroke. Medda kbira ta’ art pubblika u mhux mimsusa fl-inħawi ta’ Triq Gabriel Henin mistennija tingħata lil tliet klabbs tal-futbol biex jinbena kumpless sportiv:

Żewġ grawnds tal-futbol full-size, b’wieħed minnhom jesa’ iktar minn 2,000 spettatur, u bosta faċilitajiet oħra.
Dawn se jkunu jistgħu jintużaw għal attivitajiet tal-massa, bħal kunċerti, u mhux biss għall-isports.
Artijiet li jingħataw għall-isport jistgħu wkoll jospitaw faċilitajiet kummerċjali – minn lukandi u djar tal-anzjani, sa shopping malls u ristoranti.

Ingħaqdu magħna nhar is-Sibt, 23 ta’ Mejju, fil-11am – ġewwa Triq Gabriel Henin – għal konferenza stampa mir-residenti.

Żvilupp massiċċ ta’ din ix-xorta, biswit id-djar tar-residenti, fuq art verġni, u ħdejn sit tan-Natura 2000, se jkollu effetti devastanti, fosthom:

Tniġġis qawwi bid-dawl u l-istorbju
Problemi kbar ta’ traffiku biex tidħol u toħroġ minn Pembroke
Qerda tal-art naturali
Ħerba fil-kwalità ta’ ħajjitna u fit-tgawdija ta’ djarna

Pembroke diġà jinsab assedjat minn żviluppi mostrużi. Pembroke se jsir Paceville ieħor. Pembroke ma jiflaħx iktar.

Faċilitajiet sportivi jistgħu jsiru f’żoni alternattivi: mingħajr ma tinqered in-natura, u mingħajr ma tinħoloq ħerba fil-kwalità tal-ħajja tar-residenti.

Narawkom hemm!

*****

Plans are currently underway that will radically transform life in Pembroke for the worse. A vast stretch of public, untouched land in the Gabriel Henin Street area is expected to be handed over to three football clubs for the construction of a sports complex:

Two full-size football pitches, one of which will accommodate over 2,000 spectators, along with numerous other facilities.
These venues will be available for mass events, such as concerts, and not just for sports.
Land granted for sporting purposes can also host commercial facilities — ranging from hotels and retirement homes to shopping malls and restaurants.

Join us on Saturday, May 23rd, at 11:00am – in Gabriel Henin Street – for a press conference by the residents.

A massive development of this nature, right next to residents’ homes, on virgin land, and adjacent to a Natura 2000 site, will have devastating effects, including:

Intense light and noise pollution
Major traffic congestion when entering and exiting Pembroke
The destruction of natural land
The ruin of our quality of life and the enjoyment of our homes

Pembroke is already under siege from monstrous developments. Pembroke is set to become another Paceville. Pembroke can take no more.

Sports facilities can be built in alternative areas: without destroying nature, and without wreaking havoc on the residents’ quality of life.

See you there!