Moviment Graffitti stands with Solidarjetà in support of the union’s first industrial action as they initiate a formal trade dispute with the Casa Paola care home.
The trade dispute and action follow the management’s refusal to meet with Solidarjetà after the Department of Industrial and Employment Relations (DIER) verified it as the care home’s sole union capable of representing its members in collective bargaining on 23 February 2026. Since then, members have reported intimidation and retaliation against workers for unionising and the dismissal of employees.
Moviment Graffitti condemns the management’s hostile response to workers exercising their right to unionise and urges Casa Paola’s management team to immediately enter good-faith negotiations with their employees’ DIER-recognised union, Solidarjetà.
The intimidation tactics that prompted the call for a trade dispute and industrial action were directed at workers in a care home providing essential services to vulnerable residents. Such behaviour by management represents a serious threat to workers’ rights, the quality of care provided to residents, and to civil society itself, and it will have consequences.
Moviment Graffitti strongly believes that workers in all sectors deserve fair conditions and respect. Any attempts to intimidate workers or retaliate against union members are unacceptable and must be challenged by unions and civil society. All employers must respect workers’ right to organise and engage with unions.
As part of Moviment Graffitti’s ongoing ‘Justice for Workers’ campaign, members of the organisation will attend and support any action organised by the union Solidarjetà aimed at resolving this unjust situation, and urge the public to do so too.
******
Il-Moviment Graffitti jappoġġja lill-ħaddiema f’dar tal-anzjani li jinsabu mhedda għaliex daħlu f’unjin
Il-Moviment Graffitti jappoġġja bis-sħiħ lill-unjin Solidarjetà fl-ewwel azzjoni industrijali tagħha hekk kif bdiet tilwima industrijali formali mad-dar tal-anzjani Casa Paola.
It-tilwima u l-azzjoni industrijali huma riżultat tal-fatt li l-amministrazzjoni rrifjutat li tiltaqa’ ma’ Solidarjetà, wara li d-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjiegi (DIER) ikkonferma lill-unjin bħala l-unika waħda fid-dar tal-anzjani li tista’ tirrappreżenta lill-membri tagħha fin-negozjar kollettiv fit-23 ta’ Frar 2026. Minn dakinhar ’l hawn, membri ta’ din l-unjin irrappurtaw intimidazzjoni u ritaljazzjoni kontra l-ħaddiema minħabba li organizzaw rwieħhom f’unjin, kif ukoll ġew imkeċċija xi impjegati.
Il-Moviment Graffitti jikkundanna r-reazzjoni ostili tal-amministrazzjoni lejn ħaddiema li qed jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jorganizzaw lilhom infushom f’unjin, u jħeġġeġ lit-tim ta’ tmexxija ta’ Casa Paola biex minnufih jidħol f’negozjati bona fide mal-unjin tal-impjegati tagħhom, rikonoxxuta mid-DIER, Solidarjetà.
It-tattiċi ta’ intimidazzjoni li wasslu għas-sejħa ta’ tilwima u azzjoni industrijali kienu diretti lejn ħaddiema f’dar tal-anzjani li tipprovdi servizzi essenzjali lil residenti vulnerabbli. Imġiba bħal din mill-amministrazzjoni tirrappreżenta theddida serja għad-drittijiet tal-ħaddiema, għall-kwalità tal-kura mogħtija lir-residenti, u għas-soċjetà ċivili nnifisha, u se jkollha konsegwenzi.
Il-Moviment Graffitti jemmen bis-sħiħ li l-ħaddiema fis-setturi kollha jistħoqqilhom kundizzjonijiet ġusti u rispett. Kull tentattiv biex il-ħaddiema jiġu intimidati jew biex titwettaq ritaljazzjoni kontra membri tal-unjin huwa inaċċettabbli u għandu jiġi kontestat minn kwalunkwe unjin u mis-soċjetà ċivili. Kull min iħaddem għandu jirrispetta d-dritt tal-ħaddiema li jorganizzaw irwieħhom u jinnegozjaw permezz tal-unjins.
Bħala parti mill-kampanja kontinwa tal-Moviment Graffitti “Ġustizzja mal-Ħaddiema”, membri tal-organizzazzjoni se jattendu u jappoġġjaw kull azzjoni organizzata mill-unjin Solidarjetà bl-għan li tissolva din is-sitwazzjoni inġusta, u jħeġġu lill-pubbliku jagħmel l-istess.