L-ewwel waqfa tat-Tour Ġustizzja għal Artna ser tkun ġewwa l-pjazza ta’ Birżebbuġa, nhar il-Ħadd 30 ta’ Novembru, mid-9.30am sa nofsinhar.
Flimkien mal-Għaqda Storja u Kultura Birżebbuġa, ser ikollna stand b’informazzjoni dwar il-pakkett ta’ liġijiet fl-ippjanar li, jekk jgħaddi mill-Parlament, se jwassal għal ħerba ambjentali u soċjali bla preċedent. L-abbozzi ta’ liġi u l-avviżi legali ppreżentati mill-Gvern qed ifittxu li jżarmaw il-protezzjonijiet kollha li jeżistu sabiex jagħtu poter bla qies lill-iżviluppaturi.
Inħeġġukom iżżuru l-istand tagħna ħalli jkollna l-opportunità nitkellmu magħkom dwar l-impatt ta’ dawn il-liġijiet tal-biża’, fuq Malta inġenerali u fuq il-lokalità ta’ Birżebbuġa b’mod partikolari, kif ukoll sabiex tgħaddulna l-kummenti u s-suġġerimenti tagħkom.
Narawkom!
*****
The first stop of the Tour Ġustizzja għal Artna will be in the Birżebbuġa square, on Sunday 30th November, from 9:30am until noon.
Together with Għaqda Storja u Kultura Birżebbuġa, we will have a stand with information about the planning laws which, if enacted by Parliament, will lead to unprecedented environmental and social destruction. The draft laws and legal notices presented by the Government seek to dismantle all existing protections in order to grant developers unlimited power.
We encourage you to visit our stand so that we may have the opportunity to speak with you about the impact of these alarming laws on Malta in general and on the locality of Birżebbuġa in particular, as well as to receive your comments and suggestions.
See you there!
