Latest News

“We have no choice. We must stop them” – Promo released for Ġustizzja għal Artna national protest

WATCH on Facebook // WATCH on Instagram

A new promo video has just been released ahead of the national protest “Ġustizzja għal Artna: Irtirawhom Issa!”, taking place on Saturday 4th October at 10am, starting from the Law Courts in Valletta.

The video, featuring local actor Michela Farrugia, briefly captures what is at stake if the proposed planning laws come into effect: the loss of Malta’s precious landscapes, cultural heritage, and open spaces. Through its powerful message, it reminds us that despite the ongoing pressures, Malta still holds places worth protecting and fighting for.

The campaign “Ġustizzja għal Artna” calls on the public to come together in solidarity, to raise their voices, and to demand that these destructive laws be withdrawn. It is a message of both urgency and hope: that collective action can make a difference, and that our natural and cultural heritage should be safeguarded for future generations.

We invite all citizens who care about Malta’s future to join us on Saturday 4th October in Valletta and stand for justice for our land.

www.gustizzjartna.org

******

“M’għandniex għażla. Irridu nwaqqfuhom!” Ippubblikat il-filmat promozzjonali għall-protesta nazzjonali Ġustizzja għal Artna

Il-kampanja “Ġustizzja għal Artna” għadha kif ippubblikat filmat ta’ promozzjoni għall-protesta nazzjonali “Ġustizzja għal Artna: Irtirawhom Issa!” li se ssir is-Sibt l-4 ta’ Ottubru, fl-10am. Il-protesta tibda minn quddiem il-Qorti, il-Belt Valletta.

Il-filmat, li fih tieħu sehem l-attriċi lokali Michela Farrugia, jipprovdi ħarsa lejn dak li ninsabu f’riskju li nitilfu jekk il-liġijiet tal-ippjanar proposti jidħlu fis-seħħ: it-telfa tal-pajsaġġi uniċi ta’ Malta u Għawdex, il-wirt kulturali, u l-ispazji miftuħa. Permezz tal-messaġġ b’saħħtu li qed iwassal, il-filmat ifakkarna li minkejja l-bosta sfidi li qed naffaċċjaw, għad fadlilna postijiet f’pajjiżna li ħaqqhom il-ħarsien u l-isforzi tagħna.

Il-kampanja “Ġustizzja għal Artna” qed issejjaħ lill-pubbliku biex joħroġ bi ħġaru, isemma’ leħnu, u jitlob li dawn il-liġijiet qerrieda jiġu rtirati. Il-messaġġ huwa wieħed kemm ta’ urġenza kif ukoll ta’ tama: li l-azzjoni kollettiva kapaċi ssarraf f’bidla, u li l-wirt naturali u kulturali tagħna għandu jiġi ssalvagwardjat għall-ġenerazzjonijiet futuri.

Inħeġġu liċ-ċittadini kollha li jimpurtahom mill-futur ta’ pajjiżna biex nhar is-Sibt l-4 ta’ Ottubru, jingħaqdu magħna fil-Belt Valletta sabiex ningħaqdu f’vuċi waħda flimkien favur il-ġustizzja għal artna.

www.gustizzjartna.org

Latest from our blog

On Sunday, 8th March, women, trans and non-binary people and allies will gather at Triton Fountain at 3pm to march...

Moviment Graffitti welcomes the news that the British Barracks at Fort Chambray have been selected by Europa Nostra as one...

Over 150 artists and other individuals involved in Malta’s arts scene have written to the Culture Minister and the PBS CEO calling...