Loading Events

Events

Kwirżitajiet fuq il-Blata!

(This event is in Maltese)

Wara s-suċċess tal-ewwel attività li kellna f’Mejju li għadda dwar kwirżitajiet mill-passat, din it-tieni attività se toħodna l-Ġnejna għall-Kwirżitajiet fuq il-Blata.

Għal darb’oħra Dr Omar N’Shea se jirrakkontalna stejjer li ġraw matul is-snin u jaqsam magħna aneddoti ħelwin dwar il-bajja tal-Qarraba fil-kuntest tal-komunità kwir hekk kif għadna kif iċċelebrajna l-ġimgħa tal-Pride.

Niltaqgħu il-bajja tal-Ġnejna nhar is-Sibt 27 ta’ Settembru fis-2.30 ta’ waranofsinhar fejn l-ewwel gabbana fil-parking area.

Mill-Ġnejna naqbdu dgħajsa li toħodna fuq il-Blata. Nirritornaw il-Ġnejna fis-6.30 pm.

Il-prezz tad-dgħajsa huwa ta’ 6.50 ewro. L-attività hija bla ħlas.

Ingħaqdu magħna għal din l-attività u ġibu lil min tridu magħkom. Ġibu wkoll l-affarijiet tal-baħar magħkom u xi ikel u xorb jekk tridu.

Ir-rakkonti se jsiru bil-Malti.