Ten organisations, along with several individuals, have filed an appeal with the Environment and Planning Review Tribunal (EPRT) against the shameful approval by the Planning Authority (PA) of a 140-bed luxury hotel, 16 villas, and 44 swimming pools on Comino.
The appeal argues that this intensive development breaches the local plan and multiple policies, including those that designate Comino as a protected nature reserve.
This appeal was made possible thanks to the public’s generous contributions to a crowdfunding campaign, which will enable us to pursue all possible legal avenues against this assault on Comino. The €20,000 target was reached through over 600 individual donations – clear evidence of the public’s outrage at the Government’s disregard for our natural heritage and its determination to resist.
Despite receiving 13,472 objections, the PA ignored the overwhelming public outcry and Comino’s protected status. If this project proceeds, Comino as we know it will be lost forever. One of Malta’s last remaining relatively untouched natural sanctuaries risks being turned into yet another privately developed, urbanised zone, causing irreversible environmental harm.
We sincerely thank the public for their overwhelming support in this fight against greed. We remain committed to doing everything possible to prevent this travesty from taking place.
Organisations
Azzjoni: Tuna Artna Lura
BirdLife Malta
Din l-Art Ħelwa
Friends of the Earth Malta
Għawdix
Moviment Graffitti
Nature Trust – FEE Malta
Ramblers Association
The Archaeological Society Malta
Wirt Għawdex
******
Ippreżentat appell kontra l-lukanda u l-vilel f’Kemmuna grazzi għas-suċċess tal-kampanja ta’ crowdfunding
Għaxar organizzazzjonijiet, flimkien ma’ diversi individwi, ressqu appell mat-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar (EPRT) kontra l-approvazzjoni tal-mistħija mill-Awtorità tal-Ippjanar (PA) ta’ lukanda lussuża b’140 sodda, 16-il villa, u 44 pixxina f’Kemmuna.
Skont l-appell, dan l-iżvilupp intensiv jikser il-pjan lokali u diversi politiki, inkluż dawk li jirrikonoxxu lil Kemmuna bħala riżerva naturali protetta.
Dan l-appell kien possibbli grazzi għall-kontribuzzjonijiet ġenerużi tal-pubbliku għall-kampanja ta’ crowdfunding, li se tippermettilna nużaw il-modi legali kollha possibbli kontra dan l-attakk fuq Kemmuna. Il-mira ta’ €20,000 intlaħqet permezz ta’ aktar minn 600 donazzjoni individwali – evidenza ċara tar-rabja tal-pubbliku lejn id-disprezz tal-Gvern għall-wirt naturali tagħna u d-determinazzjoni li għandu biex juri reżistenza.
Minkejja li rċeviet 13,472 oġġezzjoni, il-PA injorat l-għajta pubblika u l-istatus ta’ protezzjoni ta’ Kemmuna. Jekk dan il-proġett ikompli għaddej, Kemmuna kif nafuha se tintilef għal dejjem. Wieħed mill-aħħar santwarji naturali relattivament mhux mittiefsa ta’ Malta qiegħed fir-riskju li jinbidel f’żona oħra urbanizzata żviluppata privatament li tikkawża ħsara ambjentali irriversibbli.
Minn qalbna nirringrazzjaw lill-pubbliku għall-appoġġ kbir tiegħu f’din il-ġlieda kontra r-regħba. Nibqgħu impenjati li nagħmlu kull ma hu possibbli biex nipprevjenu din l-inġustizzja milli sseħħ.
Għaqdiet
Azzjoni: Tuna Artna Lura
BirdLife Malta
Din l-Art Ħelwa
Friends of the Earth Malta
Għawdix
Moviment Graffitti
Nature Trust – FEE Malta
Ramblers Association
The Archaeological Society Malta
Wirt Għawdex