Moviment Graffitti thanks the public for their participation in the fight to Save Comino, following yesterday’s Planning Tribunal (EPRT) decision to temporarily suspend the ERA’s permit for the uprooting of 800 trees and the commencement of heavy works for Hili Group’s hotel and villas on Comino, while the case is being heard.
Several NGOs had filed an appeal against the obscene ERA decision, which is currently being heard by the EPRT. This was made possible after a crowdfunding campaign to finance the appeal reached, and greatly exceeded, its target within a matter of hours.
A separate, but related, case was also filed in 2025 against the PA’s approval of 44 swimming pools, 140-bed hotel and 16 villas on Comino. The proposed development represents an intensification of the built volume and footprint compared to the existing structures, while bringing intensive activity to the nature reserve throughout the year. Earlier this year, the Court ruled in favour of one of the arguments put forward by the NGOs and sent the case back to the Tribunal for reassessment.
We reiterate that we will not allow Hili Group to commence any works related to its plan for a hotel and villas on Comino — including demolition, excavation or construction, as well as the uprooting of trees — while the PA permit remains subject to a court challenge. The permit can still be radically amended or revoked as a result of these proceedings.
Should members of the public observe any such works at any point before our legal challenge to the PA permit is definitively decided, they are urged to report them to Moviment Graffitti by emailing info@movimentgraffitti.org or sending a message to 7762 1113.
******
L-iskavar u t-tqaċċit tas-sigar f’Kemmuna jiġu sospiżi wara l-appell imressaq mill-NGOs grazzi għall-fondi miġbura mill-pubbliku, iżda l-ġlieda biex Insalvaw lil Kemmuna ma tiqafx hawn
Il-Moviment Graffitti jixtieq jirringrazzja lill-pubbliku tas-sehem tiegħu fil-ġlieda biex Insalvaw lil Kemmuna fid-dawl tad-deċiżjoni tat-Tribunal tal-Ippjanar (EPRT) li temporanjament jissospendi l-permess tal-ERA għat-tqaċċit ta’ 800 siġra u għal xogħlijiet intensivi ta’ kostruzzjoni għal-lukanda u l-vilel ta’ Hili Group fuq Kemmuna, waqt li l-każ jinsab għaddej quddiem it-Tribunal.
Diversi NGOs kienu ressqu appell kontra d-deċiżjoni oxxena tal-ERA, liema appell attwalment qed jinstema’ quddiem l-EPRT. Dan kien possibbli wara li l-kampanja ta’ ġbir ta’ fondi biex jiġi ffinanzjat l-appell laħqet, u qabżet bil-bosta, il-mira tagħha fi ftit sigħat biss.
Fl-2025 ġie wkoll imressaq każ separat, għalkemm relatat, kontra l-approvazzjoni tal-PA għal 44 pixxina, lukanda ta’ 140 sodda u 16-il villa fuq Kemmuna. L-iżvilupp propost jirrappreżenta intensifikazzjoni tal-volum mibni u tal-art meħuda meta mqabbel mal-istrutturi eżistenti, filwaqt li se jirriżulta f’attività intensiva fir-riżerva naturali tul is-sena kollha. Aktar kmieni din is-sena, il-Qorti qatgħet is-sentenza tagħha favur wieħed mill-argumenti mressaq mill-NGOs u bagħtet il-każ lura lejn it-Tribunal biex jiġi evalwat mill-ġdid.
Intennu li mhux se nippermettu lill-Hili Group jibdew xi xogħlijiet relatati mal-pjan tagħhom għal lukanda u vilel fuq Kemmuna — inklużi t-twaqqigħ, l-iskavar jew il-kostruzzjoni, kif ukoll it-tqaċċit tas-siġar — waqt li l-permess tal-PA jibqa’ soġġett għal appell quddiem il-Qorti. Il-permess jista’ jiġi modifikat b’mod radikali jew irrevokat b’riżultat ta’ dawn il-proċedimenti.
Jekk il-pubbliku josserva xi xogħlijiet fi kwalunkwe punt qabel ma l-appell legali tagħna kontra l-permess tal-PA jiġi deċiż b’mod definittiv, huwa mħeġġeġ jirrapportahom lill-Moviment Graffitti billi jibgħat email fuq info@movimentgraffitti.org jew jibgħat messaġġ fuq 77621113.