Today we are launching Tour Ġustizzja għal Artna, which will take the call for the withdrawal of the destructive planning laws to the heart of towns and villages across Malta and Gozo.
Over the coming months, representatives of the Ġustizzja għal Artna campaign, together with local groups, will tour communities across the islands to explain how the proposed laws threaten our quality of life, environment, cultural heritage, and practices that define our country and its way of life. The public will also have the opportunity to visit our stands to share their queries and suggestions.
The first stop will be at Birżebbuġa Parish Square on Sunday, 30th November, starting at 9:30am. In collaboration with Għaqda Storja u Kultura Birżebbuġa, the campaign will highlight this unprecedented threat and the actions that citizens can take to resist it.
This legal package has been designed with one purpose: to satisfy the wishes of developers. It would open up every corner of the country to reckless construction and allow the rich and powerful to ride roughshod over local communities and the common good.
Among their many obscenities, Bills 143 and 144, together with the three accompanying legal notices, would hand sweeping and arbitrary powers to the Planning Authority, limit the right to appeal its decisions, strip the Courts of their power to overturn illegal permits, and grant amnesty for a wide range of environmental illegalities.
While Government has pledged to revise these laws and consult further with NGOs and communities, Ġustizzja għal Artna remains unconvinced that legislation so fundamentally flawed can be fixed. To date, no revised proposals have been presented.
The campaign reiterates its call for the full withdrawal of this so-called “reform” and for the launch of a genuine consultation process to deliver the real planning reform Malta urgently needs.
The public is encouraged to visit the Tour Ġustizzja għal Artna stands and join the growing movement to protect our towns, villages, and countryside. Together, we will stop them.
******
Tour Ġustizzja għal Artna se jieħu l-għajta kontra l-liġijiet distruttivi tal-ippjanar fil-qalba tal-komunitajiet Maltin u Għawdxin
Illum qed inniedu t-Tour Ġustizzja għal Artna, li se jwassal is-sejħa għall-irtirar tal-liġijiet distruttivi tal-ippjanar fil-qalba tal-irħula u l-ibliet madwar Malta u Għawdex.
Fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin, rappreżentanti tal-kampanja Ġustizzja għal Artna, flimkien ma’ gruppi lokali, se jżuru komunitajiet madwar il-gżejjer Maltin biex jispjegaw kif il-liġijiet proposti qegħdin jheddu l-kwalità tal-ħajja tagħna, l-ambjent, il-wirt kulturali, u l-prattiċi li jiddefinixxu lil pajjiżna u l-mod ta’ kif ngħixu. Il-membri tal-pubbliku se jkollhom ukoll l-opportunità li jżuru l-istands tagħna biex jagħmlu l-mistoqijiet u s-suġġerimenti tagħhom.
L-ewwel waqfa tagħna se ssir fil-Pjazza ta’ Birżebbuġa nhar il-Ħadd, 30 ta’ Novembru, mid-9:30am ’il quddiem. B’kollaborazzjoni mal-Għaqda Storja u Kultura Birżebbuġa, il-kampanja se tenfasizza din it-theddida bla preċedent u l-azzjonijiet li ċ-ċittadini jistgħu jieħdu biex jirreżistuha.
Dan il-pakkett leġiżlattiv ġie mfassal b’għan wieħed: biex jissodisfa x-xewqat tal-iżviluppaturi. Se jiftaħ kull rokna tal-pajjiż għal kostruzzjoni bla rażan u jippermetti lil dawk li għandhom il-flus u l-poter biex jeqirdu l-ġid komuni u jgħaddu qishom gaffa minn fuq il-komunitajiet tagħna.
Fost l-aktar miżuri skandalużi tagħhom, l-Abbozzi ta’ Liġi 143 u 144, flimkien mat-tliet avviżi legali li jakkumpanjawhom, jagħtu setgħat kbar u arbitrarji lill-Awtorità tal-Ippjanar, jillimitaw id-dritt li jiġu appellati d-deċiżjonijiet tagħha, ineħħu l-poter tal-qrati li jħassru permessi illegali, u jagħtu amnestija għal firxa wiesgħa ta’ illegalitajiet ambjentali.
Għalkemm il-Gvern wiegħed li se jirrevedi dawn il-liġijiet u li se jikkonsulta aktar mal-NGOs u mal-komunitajiet lokali, Ġustizzja għal Artna għadha mhix konvinta li leġiżlazzjoni daqshekk difettuża tista’ tiġi rranġata. S’issa, l-ebda proposta riveduta ma ġiet ippreżentata.
Il-kampanja terġa’ ssejjaħ għall-irtirar sħiħ ta’ din l-hekk imsejħa “riforma” u għall-bidu ta’ proċess ta’ konsultazzjoni ġenwin biex tinħoloq ir-riforma tal-ippjanar li Malta tant teħtieġ.
Il-pubbliku huwa mħeġġeġ iżur l-istands tat-Tour Ġustizzja għal Artna u jingħaqad ma’ dan il-moviment dejjem jikber biex nipproteġu l-ibliet, l-irħula u l-kampanja tagħna. Flimkien, se nwaqqfuhom.