The Ġustizzja għal Artna campaign has released a new promo ahead of its second national protest, calling on Government to withdraw the destructive planning bills and legal notices currently being pushed forward. The protest will take place on Monday, 27th October, starting at 5:30pm from the Law Courts and marching towards Parliament.
The promo, featuring community worker and musician Kym Pepe, calls once again on the people to take to the streets and defend the country they love from greed and from politics compromised by developers. It comes after Government has chosen to ignore the united calls from across society to withdraw these malicious laws, instead listening only to developers, the sole group to publicly defend this legislation.
Among their many obscenities, Bills 143 and 144, together with the three accompanying legal notices, would grant sweeping and arbitrary powers to the Planning Authority, curtail the right to appeal Planning Authority decisions, strip the Courts of their power to overturn illegal permits, and provide amnesty for a wide range of environmental illegalities.
The promo underscores how deeply we value the natural and urban spaces of Malta and Gozo, and why we are compelled to fight for them. The Government’s so-called “planning reform” is nothing more than a developer’s wishlist, and as long as it insists on pushing it forward, we will continue to resist.
The promo’s message is clear: together we’re strong. Together, we’ll stop them.
******
“Flimkien, għandna s-saħħa. Flimkien, inwaqqfuhom.” Ippubblikat filmat promozzjonali qabel it-tieni protesta ta’ Ġustizzja għal Artna fis-27 ta’ Ottubru
Il-kampanja Ġustizzja għal Artna ppubblikat filmat promozzjonali ġdid qabel it-tieni protesta nazzjonali li qed issejjaħ, u tkompli tappella lill-Gvern biex jirtira l-abbozzi tal-ippjanar u l-avviżi legali qerrieda li bħalissa qed jiġu ppreżentati. Il-protesta se sseħħ it-Tnejn, 27 ta’ Ottubru, u tibda fil-5.30pm minn quddiem il-Qorti biex tkompli miexja lejn il-Parlament.
Il-filmat promozzjonali, li fih tidher il-ħaddiema tal-komunità u l-mużiċista Kym Pepe, qed jerġa’ jsejjaħ lin-nies biex joħorġu fit-toroq u jiddefendu ’l-pajjiż li jgħożżu mir-regħba u mill-politika kompromessa mill-iżviluppaturi. Dan huwa kollu riżultat tal-fatt li l-Gvern qed ikompli jagħżel li jinjora s-sejħa mifruxa mis-soċjetà Maltija u Għawdxija biex jirtira dawn il-liġijiet malizzjużi, u minflok qed ikompli jagħti widen biss lill-iżviluppaturi, li huma l-unika grupp fil-pajjiż li qed jiddefendi pubblikament din il-leġiżlazzjoni.
Fost il-ħafna oxxenitajiet tagħhom, l-Abbozzi 143 u 144, flimkien mat-tliet avviżi legali li jakkumpanjawhom, se jagħtu setgħat bla qies u arbitrarji lill-Awtorità tal-Ippjanar, ixekklu d-dritt li jiġu appellati deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ippjanar, iqaċċtu s-setgħa tal-Qorti li tirrevoka permessi illegali, u jagħtu amnestija għal firxa wiesgħa ta’ illegalitajiet ambjentali.
Il-filmat promozzjonali jenfasizza kemm huma importanti għalina l-ispazji naturali u urbana madwar Malta u Għawdex, u għalfejn qed nippersistu u nissieltu biex insalvawhom. L-hekk imsejħa “riforma tal-ippjanar” tal-Gvern mhija xejn għajr lista tax-xewqat tal-iżviluppaturi, u sakemm il-Gvern se jkompli jinsisti li jibqa’ għaddej bil-pjanijiet qerrieda tiegħu, aħna se nkomplu nirreżistu.
Il-messaġġ tal-filmat huwa ċar: flimkien, aħna b’saħħitna. Flimkien, inwaqqfuhom.