Latest News

Salvat ir-Razzett tal-Belliegħa f’Għawdex

Nilqgħu b’sodisfazzjon d-deċiżjoni tal-Kunsill Eżekuttiv tal-PA biex jiġi salvat ir-razzett vernakulari fiż-żona Tal-Belliegħa fir-Rabat, Għawdex.

Xorta, iżda, inkomplu nisħqu li l-applikazzjoni PC/00050/17, li qed tipproponi l-bini ta’ triq ġdida u bidla fil-parametri tal-iżvilupp, tiġi rrifjutata għalkollox. Din it-triq ġdida m’hemmx bżonnha għax hawnhekk ma jgħaddi l-ebda traffiku. It-triq hija biss skuża biex jinħoloq l-aċċess għal żvilupp ġdid u għalhekk takkomoda l-iżvilupp ta’ aktar blokok ta’ appartamenti. Agħar minn hekk, it-triq se tkun qed teqred medda kbira ta’ għelieqi, li wħud minnhom għadhom jinħadmu, u li jservu ta’ spazju miftuħ fir-Rabat.

Ir-Rabat f’Għawdex bħalissa jinsab mifluġ minn bini bla rażan; bini li ma jirrispettax il-karattru Għawdxi. Dan jistona bil-kbir mal-istrateġija għall-iżvilupp f’Għawdex li ġiet imnedija dan l-aħħar.

Aħna l-wegħdiet fiergħa li ma jiġux sostnuti b’azzjonijiet konkreti ma jimpressjonawniex. Jekk il-Ministru Clint Camilleri jrid verament jara li Għawdex jiġi mħares minn l-iżvilupp bla rażan, jeħtieġ li jkun hemm bidla totali fid-direzzjoni politika.

Nappoġġjaw bis-sħiħ it-talba ta’ Din l-Art Helwa u Din L-Art Ħelwa – Għawdex li dan ir-razzett vernakulari jiġi kkonservat u protett bħala sit storiku.

Inkomplu nisħqu li din l-applikazzjoni għandha tiġi rrifjutata.

📷 Ritratt ta’ Daniel Cilia

Latest from our blog

Moviment Graffitti is calling on the Planning Authority (PA) to immediately demolish the so-called “sheep farm” in Bidnija, after the...

What happened to Jason Silvio, the Mayor of Paola, who was hit with a garnishee order by developer Johann Montfort,...

The 2027 Budget presented by the Government was characterised by both measures and discourse that unfairly target foreign workers, often...