The public is being invited for an information meeting regarding the proposal of Hili Group for villas and a hotel in Comino, this Saturday 22nd April at 10.30am, outside the Mediterranean Conference Centre (MCC) in Valletta.
Over the past few weeks, Hili Group intensified their public relations campaign in an attempt to placate the anger of the public at their project in Comino. They did this through a number of articles and advertisements on the media which include deceptive information and pictures. During the weekend, they are even organising an exhibition and a presentation at the MCC in order to promote the project that they want to build in Comino.
Although we do not have the millions of euros of Hili Group at our disposal, we strongly believe that the public has a right to accurate information that gives the whole picture of the plans of this developer and their disastrous impact on Comino’s environment and on the public’s enjoyment of this nature reserve.
Therefore, during this meeting we will explain, through information and graphics, the different aspects linked to the project of Hili Group.
The plans of Hili Group are currently awaiting the approval of the Planning Authority. Thousands of people submitted objections against these plans and environmental organisations have warned that the fight against this environmental obscenity will escalate if Hili Group will not have them withdrawn.
Organisations:
Moviment Graffitti
Din l-Art Ħelwa
BirdLife Malta
Ramblers Association Malta
Flimkien għal Ambjent Aħjar
Nature Trust Malta
Il-pubbliku huwa mistieden għal laqgħa ta’ informazzjoni dwar il-proposta ta’ Hili Group għal vilel u lukanda f’Kemmuna, nhar is-Sibt 22 t’April fl-10.30am, barra Dar il-Mediterran għall-Konferenzi (MCC) fil-Belt Valletta.
F’dawn l-aħħar ġimgħat, Hili Group intensifikaw il-kampanja ta’ relazzjonijiet pubbliċi sabiex jippruvaw itaffu r-rabja tal-poplu lejn il-proġett tagħhom f’Kemmuna. Dan għamluh b’diversi artikli u riklami fil-media li jinkludu informazzjoni u stampi qarrieqa. Għal tmiem din il-ġimgħa, huma qegħdin saħansitra jorganizzaw wirja u preżentazzjonijiet ġewwa l-MCC sabiex jippromwovu l-binjiet li jridu jtellgħu f’Kemmuna.
Minkejja li aħna m’għandniex għad-dispożizzjoni tagħna il-miljuni ta’ ewro li għandhom Hili Group, nemmnu bis-sħiħ li l-pubbliku għandu dritt għal informazzjoni korretta li turi l-istampa kollha tal-pjanijiet ta’ dan l-iżviluppatur u l-impatt diżastruż tagħhom fuq l-ambjent ta’ Kemmuna u fuq it-tgawdija tal-poplu ta’ din ir-riserva naturali.
Għalhekk matul din il-laqgħa ser nispjegaw, permezz ta’ informazzjoni u grafika, l-aspetti differenti marbuta mal-proġett ta’ Hili Group.
Il-pjanijiet ta’ Hili Group bħalissa qegħdin jistennew l-approvazzjoni mill-Awtorità tal-Ippjanar. Eluf ta’ persuni ssottomettew l-oġġezzjoni għal dawn il-pjanijiet u l-għaqdiet ambjentali wissew li l-ġlieda kontra din l-oxxenità ambjentali ser tiħrax jekk Hili Group ma jirtirawhomx.
Għaqdiet:
Moviment Graffitti
Din l-Art Ħelwa
BirdLife Malta
Ramblers Association Malta
Flimkien għal Ambjent Aħjar
Nature Trust Malta