Following the Planning Authority’s (PA) go ahead for the DB group’s project, organisations are planning to file legal actions against this shameful decision. Legal actions against such a massive project entail significant legal and professional fees that can only be sustained with the public’s contributions. Thus, the organisations are launching a crowdfunding campaign to raise the necessary funds for continuing their fight against DB’s greed and the authorities’ complicity.
The public can donate by:
Filling in this online form: https://itsdb.movimentgraffitti.org/
Or via a bank transfer to this account:
BOV
Name: Moviment Graffitti
IBAN: MT27VALL22013000000011799516027
The PA initially approved the ITS-DB project in 2018. A strong public response to a call for donations allowed us to fight multiple legal battles that ultimately led to the cancellation of the 2018 permit. We are now determined to continue fighting this monstrosity by mounting further legal actions against this threat to our quality of life and our environment. The two 18- and 17-storey towers and the 12-storey hotel, on public land in Pembroke, would be situated in a residential area and would impact important historical sites and areas of great natural sensitivity.
Everyone is against DB’s monstrosity – three Local Councils, many organisations and thousands of residents and objectors. We cannot let big business and public authorities run roughshod over the people’s will to protect its environment and quality of life. Everyone’s contribution – big or small – makes a huge difference!
1. ACT Malta
2. BirdLife Malta
3. Din l-Art Ħelwa
4. Flimkien għal Ambjent Aħjar
5. Friends of the Earth Malta
6. Moviment Graffitti
7. Nature Trust Malta
8. Ramblers Association of Malta
9. Rota
10. Sustainable Built Environment Malta
11. The Archaeological Society Malta
Organizzazzjonijiet jiftħu kampanja ta’ crowdfunding għal azzjonijiet legali kontra l-proġett tad-DB
B’segwitu għad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar (PA) li tapprova l-proġett tad-DB għall-iżvilupp, numru ta’ organizzazzjonijiet beħsiebhom jiftħu azzjonijet legali kontra din il-mistħija. Azzjonijiet legali kontra proġett massiv bħal dan ifissru spejjeż legali u professjonali kbar u jistgħu jseħħu biss permezz tal-kontribut tal-pubbliku.
Il-pubbliku jista’ jikkontribwixxi billi:
Jimla’ din il-formola online: https://itsdb.movimentgraffitti.org/
Jew permezz ta’ trasferiment bankarju fuq dan il-kont:
BOV
Name: Moviment Graffitti
IBAN: MT27VALL22013000000011799516027
Il-PA kienet approvat dan il-proġett tad-DB fl-2018. Dak iż-żmien, il-pubbliku kien laqa’ bis-sħiħ is-sejħa tagħna għad-donazzjonijiet u stajna niġġieldu l-battalji legali li fl-aħħar wasslu biex il-permess tal-2018 tħassar. Aħna determinati li nkomplu l-ġlieda permezz ta’ iktar azzjonijiet legali kontra dan il-mostru u din it-theddida għall-kwalità tal-ħajja u l-ambjent tagħna. Iż-żewġ torrijiet ta’ 18-il sular u 17-il sular kif ukoll il-lukanda ta’ 12-il sular fuq art pubblika f’Pembroke ser jinbnew f’żona residenzjali u ser jolqtu siti storiċi importanti u żoni naturali sensittivi.
Kulħadd kontra l-mostru tad-DB – tliet Kunsilli Lokali, bosta organizzazzjonijiet u eluf ta’ residenti u individwi. Ma nistgħux inħallu n-negozjanti l-kbar u l-awtoritajiet pubbliċi jgħaddu romblu minn fuq ir-rieda tal-poplu favur il-ħarsien tal-ambjent u l-kwalità tal-ħajja. Il-kontribut ta’ kulħadd – kbir jew ċkejken – jgħodd!
1. ACT Malta
2. BirdLife Malta
3. Din l-Art Ħelwa
4. Flimkien għal Ambjent Aħjar
5. Friends of the Earth Malta
6. Moviment Graffitti
7. Nature Trust Malta
8. Ramblers Association of Malta
9. Rota
10. Sustainable Built Environment Malta
11. The Archaeological Society Malta