Moviment Graffitti logo

Latest News

Jiddeskrivu dak li ġara llum bħala “assurd u krudili”

Koalizzjoni ta’ 20 organizzazzjoni mhux governattiva ddeskriviet dak li ġara llum, fejn għexieren ta’ immigranti instabu jgħixu fi stalel u ġew żgumbrati, bħala “assurd u krudili fuq kull livell.”

Il-koalizzjoni, li qed tikkampanja għal tibdil fil-liġijiet tal-kera residenzjali, qalet lil TVM li l-kirjiet saru problema mhux biss għall-immigranti, imma għal kull min mhux sid ta’ daru, fejn anki l-irħas kirjiet jixorbu parti kbira minn paga medja.

Qalu iżda li l-immigranti bħal dawk tal-lum huma f’qagħda agħar, għax minbarra li għandhom pagi inqas mill-medja, meta jmorru biex jikru jiffaċċjaw ukoll diskriminazzjoni minħabba l-kulur tal-ġilda.

Il-koalizzjoni qalet li wara li dawn il-persuni kellhom jispiċċaw fi stalel taż-żwiemel biex seta’ jkollhom saqaf fuq rashom, reġgħu spiċċaw vittmi meta l-awtoritajiet keċċewhom mill-post u ma offrewlhom l-ebda alternattiva.

Iċ-ċentru miftuħ mhux bilfors huwa soluzzjoni

Mistoqsija għalfejn ma jagħżlux li jgħixu f’ċentru miftuħ, il-koalizzjoni qalet li dawn iċ-ċentri ma jilqgħux lill-immigranti kollha, u barra minn hekk hemm ukoll limitu ta’ żmien kemm persuna tista’ toqgħod fiċ-ċentru. Iċċaraw li l-istatus ta’ “migrant” ma jagħtix dritt awtomatiku lil persuna li tmur toqgħod f’ċentru miftuħ, u għalhekk ħafna immigranti m’għandhomx għażla oħra ħlief li jikru.

Mistoqsija kemm huma frekwenti każijiet bħal dawn li l-NGOs jiltaqgħu magħhom, il-koalizzjoni qalet li din ir-realtà qed tiżdied b’rata mgħaġġla u taffettwa lil kull min għandu bżonn jikri, b’mod partikolari lil nies f’sitwazzjoniijiet vulnerabbli, bħal ma huma nisa li qed jesperjenzaw vjolenza domestika u pensjonanti.

Ir-riforma tal-kera pass ‘il quddiem, iżda l-prezzijiet mhux indirizzati

Il-koalizzjoni qalet li kien għalhekk li ppreżentat proposti għal regoli fis-suq tal-kera, u li tikkunsidraw l-abbozz ta’ liġi dwar il-kirijiet residenzjali li qed jiġi diskuss fil-Parlamentbħala l-ewwel pass ‘il quddiem, għx joffri qafas ta’ obbligi u regoli fuq is-sidien u l-inkwilini.

Qalet, iżda, li għadhom ma ttieħdux azzjonijiet biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet tal-prezzijiet eżorbitanti u l-instabbiltà, u temmen li f’dan ir-rigward is-sitwazzjoni ħa tiggrava.

Il-Koalizzjoni hija magħmula mill-Aditus Foundation, African Media Association Malta, Alleanza Kontra l-Faqar, Forum Komunità Bormliża, Integra Foundation, Isles of the Left, Koperattiva Kummerċ Ġust, Malta Gay Rights Movement, Malta Humanists Association, Malta Tenant Support, Mid-Dlam għad-Dawl, Moviment Graffitti, Platform of Human Rights Organisations in Malta (PHROM), SOS Malta, Spark 15, The Critical Institute, The Millennium Chapel, Third World Group Malta, Women’s Rights Foundation u Żminijietna – Voice of the Left.

Latest from our blog

Three Gozitan NGOs — Din l-Art Ħelwa – Għawdex, Wirt Għawdex, and Għawdix — and Moviment Graffitti have strongly condemned...

2024 marks a major event for the Maltese political scene: the 30th anniversary of the founding of activist group Moviment...

The Planning Authority (PA) has been flooded with objections to the sham consultation process for the revision of the Villa...