Moviment Graffitti logo

Latest News

Iż-żieda fil-mibegħda razzjali dejjem teskala

Callus spjega li l-ewwel ħaġa li jrid ikun hemm hija d-distinzjoni bejn kliem ta’ mibegħda, li huwa diskors ta’ mibgħeda u ħdura lejn xi grupp partikolari fis-soċjetà, u diskors li jesprimi tħassib. “L-ewwel wieħed, il-kliem ta’ mibegħda, huwa kundannabbli u jagħmel biss ħsara, mhux biss lill-immigranti f’dan il-każ imma anka lilna bħala Maltin għax il-ħdura ma tieqafx għal xi grupp partikolari imma faċilment tinfirex għal gruppi oħra, bħal Maltin vulnerabbli.”

Callus spjega li fl-istorja dan rajnih biċ-ċar, bħal pereżempju fin-Nazziżmu u l-Faxxiżmu fejn il-gruppi soċjali li spiċċaw fil-mira ta’ din il-mibgħeda kienu bosta u dejjem iktar mifruxa.

“Min min-naħa l-oħra jesprimi tħassib, hemm hija xi ħaġa differenti. Dan id-diskors wieħed irid jipprova jifmhu u jagħti wkoll risposta għalih,” qal Callus.

Huwa żied jgħid li jista’ jifhem li bħalissa hawn ċertu tħassib dwar il-barranin. Huwa jemmen li dan mhuwiex tort tal-barranin infushom imma ta’ ekonomija li qed tikber mingħajr kontroll li twassal biex fi żmien qasir jinġiebu hawn Malta għexieren ta’ eluf ta’ ħaddiema barranin, bl-impatt qawwi skont l-istess Callus li dan ikollu fuq l-infrastruttura ta’ pajjiżna kif ukoll fuq pereżempju l-pagi.

Huwa żied jgħid li “ovjament it-tort mhuwiex tal-barranin bħala individwi imma tal-mudell ekonomiku. Għalhekk id-diskors ta’ ħdura u mibgħeda kontra l-barranin jista’ jkun reazzjoni żbaljata ħafna għal dan kollhu.”

Latest from our blog

Three Gozitan NGOs — Din l-Art Ħelwa – Għawdex, Wirt Għawdex, and Għawdix — and Moviment Graffitti have strongly condemned...

2024 marks a major event for the Maltese political scene: the 30th anniversary of the founding of activist group Moviment...

The Planning Authority (PA) has been flooded with objections to the sham consultation process for the revision of the Villa...