Latest News

Rebħa importanti għal moviment magħmul minn għaqdiet, Kunsilli Lokali u residenti

Nilqgħu b’sodisfazzjon kbir id-deċiżjoni tal-Ministru Konrad Mizzi li jirtira l-avviż għat-trasferiment tal-art lill-Grupp Corinthia. Filwaqt li nifhmu li din mhijiex rebħa finali, għaliex in-negozjati mal-Corinthia se jerġgħu jibdew mill-bidu, din xorta tibqa’ rebħa importanti għal moviment magħmul minn għaqdiet, Kunsilli Lokali u residenti li mexxa l-oppożizzjoni għal dan il-kuntratt oxxen.


Aħna se nibqgħu niġġieldu sabiex l-art pubblika ma tinsteraqx mill-privat u sabiex jiġu mħarsa l-ambjent u l-kwalità tal-ħajja tagħna. Il-qtugħ ta’ qalb u d-disfattiżmu qatt ma wassal imkien; magħqudin, aħna għandna s-saħħa niġġieldu lil dawk li jridu jbiddlu lil Malta fl-intrapriża personali tagħhom.

Latest from our blog

On Sunday, 8th March, women, trans and non-binary people and allies will gather at Triton Fountain at 3pm to march...

Moviment Graffitti welcomes the news that the British Barracks at Fort Chambray have been selected by Europa Nostra as one...

Over 150 artists and other individuals involved in Malta’s arts scene have written to the Culture Minister and the PBS CEO calling...