Moviment Graffitti logo

Latest News

Proposed Development in Bulebel

Ilbieraħ membru tal-Moviment Graffitti u attivist fil-Kamp Emerġenza Ambjent għamel żjara ġewwa Bulebel (Alex Caruana), flimkien ma’ numru ta’ persuni minn għaqdiet oħra u bdiewa li jaħdmu r-raba’ t’hemmhekk. Dawn huma wħud mir-ritratt li ħa ta’ dan il-post daqstant sabiħ li se jkun qed jinqered jekk tgħaddi l-proposta sabiex tiġi estiża ż-żona industrijali. Il-bdiewa ilhom jaħdmu din l-art għal mijiet ta’ snin u f’din iż-żona hemm iktar minn 80 siġra tal-ħarrub (li hija siġra protetta bil-liġi).

Huwa possibbli li lesti neqirdu darb’għal dejjem post bħal dan? Huwa possibbli li lesti ntellfu x-xogħol lil bdiewa li ilhom jaħdmu din l-art għal ġenerazzjonijiet sħaħ? Dan meta pajjiżna huwa mimli b’siti mibnijn u abbandunati.

Din sempliċiment ġennata! Biċċa biċċa, qed neqirdu l-futur tagħna fuq din il-gżira.

Aħna nagħtu l-appoġġ kollu tagħna lill-bdiewa li qed jirreżistu din il-proposta. Ma jistax ikun li f’pajjiżna neqirdu kull roqgħa art li tagħtina l-ħajja. B’din ir-rata, se nispiċċaw deżert f’qasir żmien.

Membri tal-Moviment Graffitti u attivisti fil-Kamp Emerġenza Ambjent se jkunu qed jattendu għal-Laqgħa Pubblika organizzata mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun sabiex juru d-diżapprovazzjoni tagħhom lejn dan il-proġett. Il-laqgħa se ssir il-Kunsill Lokali, illejla fis-6pm. Inħeġġukom tattendu u ssemmgħu leħenkom intom ukoll!

Latest from our blog

Organisations positively note that most of the concerns they raised regarding the Bill amending the Private Residential Leases Act have...

Earlier today, Moviment Graffitti, along with a number of other organisations, launched the ‘Justice for Workers’ campaign in a press...

Today, activists from Moviment Graffitti and FAA joined forces with different residents’ groups, including the Sliema Residents Association, the Valletta...