Moviment Graffitti logo

Latest News

[WATCH] Xtra dwar l-għotja t’art pubblika lill-Corinthia

Rappreżentant tal-Moviment Graffitti kien fuq il-programm Xtra fejn ġiet diskussa l-kwistjoni tal-għotja t’art pubblika lill-Corinthia.

ARA l-programm sħiħ fil-vidjo.

——————————–

Aħna dan narawh bħala serq ta’ art. Il-Corinthia se jkunu qed iħallsu għaliha, milli jidher, 17-il miljun. Penizola sħiħa għal 17-il miljun ewro! F’pajjiż fejn bħalissa għandek eluf ta’ familji u ta’ individwi li qegħdin isibuha diffiċli ħafna biex jixtru d-dar tagħhom, biex jikru d-dar tagħhom, imbagħad lis-sinjuruni, lill-multi-miljunarji intuhom l-art, li hija ta’ kulħadd – tagħna lkoll – għal 17-il miljun?

——————————–

Hawnhekk m’aħniex qed nitkellmu dwar it-turiżmu. Hawnhekk għandna real estate. Dik l-art kienet ingħatat bil-kundizzjoni li jkun hemm tliet hotels. Issa l-maġġorparti ta’ dan l-iżvilupp illi l-Corinthia jridu jagħmlu ħa jkun fir-real estate – appartamenti li se jinbiegħu lis-sinjuruni u ħa jibqgħu tagħhom għal dejjem. Jiġifieri dik l-art qatt ma hija ħa terġa’ lura għand il-Gvern. Huma qed jieħdu l-art b’xejn, jibnu mijiet ta’ appartamenti, ibiegħuhom lis-sinjuruni, u jagħmlu l-flus minn fuqhom. Iħaxxnu bwiethom huma, u ħadd iktar. Hemm imbagħad l-aspett ambjentali. Kif rajna f’dawk il-filmati, dan se jkompli jidfen lin-nies ħajjin.

——————————–

Ejja nitkellmu fuq x’inhu “l-ispillover ekonomiku” tiegħu. Xi ħadd jispjegali l-pajjiż, b’mod ekonomiku, x’se jkun qed jibbenifika minnu. Kull m’hu ħa joħloq proġett bħal dan huwa ħafna xogħol imħallas ħażin, għal ftit żmien, sakemm jinbnew l-appartamenti. Malta m’hawnx ħaddiema biżżejjed, allura nkunu rridu nġibu eluf ta’ ħaddiema minn barra. Jiġifieri aħna biex insalvaw 50 persuna li kienu ilhom tliet ġimghat bejn sema u ilma ngħidu “m’għandniex spazju, ma nifilħux”. Imbagħad li l-Gvern jagħti l-art għal proġetti bħal dawn, fejn se jkollna nġibu eluf ta’ ħaddiema minn barra biex jagħmlu xogħol imħallas ħażin, għandna spazju hemmhekk f’daqqa waħda? Ma nifhimhiex.

——————————–

Il-fatt li hemm nies li għax għandhom ħafna ħafna flus, jistgħu minn wara l-kwinti jiddeċiedu dwar il-ħajjiet tagħna, nies li ħadd qatt ma eliġġijhom fil-poter – dawn in-negozji l-kbar – hija xi ħaġa li tinkwetani ħafna u mhux biss fir-rigward tal-proġetti partikolari li qed isiru, imma anke dwar id-demokrazija fil-pajjiż. Min veru għandu l-poter f’dan il-pajjiż? Għax din rajniha taħt iż-żewġ partiti – Tiġne Point, Manoel Island….dawn saru taħt amministrazzjonijiet oħra u kien l-istess prinċipju, forsi d-daqs kien iżgħar, imma l-prinċipju huwa l-istess: art li ngħatat għal qliegħ privat.

——————————–

Dan id-deal tal-Corinthia huwa l-agħar xenarju possibli. Aħna ħa nknunu qed nagħtu l-art, u x’ħa nkunu qed nieħdu? Ħa nkunu qed nieħdu biss konġestjoni, duħħan, kwalità tal-ħajja li dejjem tmur għall-agħar.


Latest from our blog

Three Gozitan NGOs — Din l-Art Ħelwa – Għawdex, Wirt Għawdex, and Għawdix — and Moviment Graffitti have strongly condemned...

2024 marks a major event for the Maltese political scene: the 30th anniversary of the founding of activist group Moviment...

The Planning Authority (PA) has been flooded with objections to the sham consultation process for the revision of the Villa...