Moviment Graffitti logo

Latest News

[WATCH] Intervista TVAM dwar is-salvataġġ ta’ persuni fil-baħar

Attivist fil-Moviment Graffitti ġie intervistat fuq TVAM dwar il-kwistjoni tal-persuni li damu kważi tlett ġimgħat bejn sema u ilma wara li ġew salvati mill-għarqa.


——————————-


Aħna ninsabu fi qbil li r-responsabbiltà mhijiex waħda Maltija biss imma hija waħda Ewropeja.


——————————-


Imma aħna ma nifhmux għalfejn kien hemm bżonn li dawn in-nies jagħmlu tliet ġimghat fuq il-baħar, bejn sema u ilma, f’kundizzjonijiet diżastrużi. Hija xi ħaġa inumana. Kif ġew salvati dawn in-nies, kif ġew salvati mill-għarqa, mill-ewwel kien hemm pajjiżi oħra li aċċettaw il-prinċipju li ħa jieħdu xi nies minn din id-dgħajsa. Ir-raġuni tgħidli li meta hemm persuna qed jegħreq, l-ewwel ħaġa, qabel kull kunsiderazzjoni oħra, hija li issalvah u tagħtih il-kenn. Imbagħad in-negozjati dwar kemm se jittieħdu nies u fejn ħa jmorru jiġu wara. U importanti li jsiru. Imma d-diċenza bażika umana li jekk hemm persuna qed tegħreq, issalvaha, u tagħtiha kenn, għandu jiġi l-ewwel u qabel kollox.


——————————-


L-NGOs li qegħdin isalvaw in-nies, huma stess qalu li li kien għalihom din l-attività ma jagħmluhiex. Imma peress li l-istati m’humiex qed jieħdu din ir-responsabbiltà li jsalvaw n-nies fl-ibħra, allura jkollhom jagħmluha huma. Dawn l-NGOs ilhom joperaw għal dawn l-aħħar tliet snin, qisu. L-immigrazzjoni, meta qed nitkellmu dwar it-tluq ta’ nies mill-Libja, ilha għaddejja għal dawn l-aħħar tmintax-il sena. Jiġifieri li xi ħadd jgħid li huma l-NGOs li ħolqu din is-sitwazzjoni, assolutament il-fatti juru li m’huwiex il-każ. L-NGOs kull ma jagħmlu huwa – kif għandu jagħmel kull stat fl-aħħar mill-aħħar – li meta jkun hemm dgħajsa f’diffikultà jmorru jsalvaw lin-nies u jfittxu port safe, post sikur, fejn jiżbarkawhom.


——————————-


Ġieli jkun hemm min jgħid li dawn in-nies għandhom jittieħdu lura l-Libja. Huwa kontra l-liġi internazzjonli li tieħu lin-nies lura l-Libja għaliex il-Libja m’huwiex post safe għal dawn in-nies. Fil-Libja jiġu ittorturati, jinbiegħu bħala skjavi – dawn huma fatti ivverifikati. Allura ma nistgħux ngħidu li għandna nieħdu n-nies lura l-Libja.

Latest from our blog

Three Gozitan NGOs — Din l-Art Ħelwa – Għawdex, Wirt Għawdex, and Għawdix — and Moviment Graffitti have strongly condemned...

2024 marks a major event for the Maltese political scene: the 30th anniversary of the founding of activist group Moviment...

The Planning Authority (PA) has been flooded with objections to the sham consultation process for the revision of the Villa...