Moviment Graffitti logo

Latest News

Il-Prezz tal-Ħobż Għadu Validu Illum Il-Ġurnata?

“Għal dawk in-nies li jinsabu f’livell soċjo-ekonomiku baxx, il-proporzjon tad-dħul tiegħek li jmur f’affarijiet relatati mal-ikel se jkun ogħla minn nies oħra b’introjtu ikbar. Kwalunkwe żieda li se jkun hemm fl-ikel sejjer jaffetwa lil dan in-nies negattivament b’mod ikbar, għaliex proporzjonalment l-ispiża hija ikbar.”

 

Tenna dan Andre Callus mill-Moviment Graffiti, f’kumment dirett ma’ dan il-ġurnal. Callus kien qiegħed jirrispondi għall-artiklu ppublikat l-bieraħ minn dan il-ġurnal, kif ukoll fuq numru ta’ stejjer preċedenti li kienu qegħdin jirrelataw ma’ ċaqliq fil-prezz tal-ħobż.

 

Intant, Callus kompla jisħaq kif din iż-żieda fil-prezz tal-ħobs jista jkompli jesebixxi ċertu problemi fil-mekkaniżmu tal-Aġġustament tal-Ogħli tal-Ħajja (il-COLA): “Il-COLA tikkunsidra l-ogħla għall-ħajja għal-kulħadd bl-istess mod. Però r-realtà hija li l-inflazzjoni u ż-żieda fil-affarijiet materjali bżonnjużi qegħda taffettwa b’mod ikbar proporzjonalment lil nies b’introjtu baxx. Dan l-aġġustament għandu jiġi mibdul biex jindirizza dan il-punt, biex ikun jista’ jħalli impatt ikbar fuq dawk li għandhom pagi baxxi milli fuq nies b’pagi ogħla.”

 

“Ma ninsewx li l-paga minima Maltija hija waħda miżera. F’Malta għandha ħajja għolja ħafna, anke meta tiġi mqabbla ma’ pajjiżi oħra Ewropej. Fil-prattika, meta inti tmur tixtri Malta, inti tonfoq iktar fuq affarijiet bħal-ikel u xorb milli pajjiżi oħra: F’dan il-kuntest, f’sitwazzjoni delikata bħal din, kwalunkwe żieda fil-affarijiet bżonnjużi jista’ jkollhom impatt li jinħass iktar

Latest from our blog

Joint Press Statement 15.02.2025 Today the Coalition for Gozo, together with Moviment Graffitti and Din l-Art Ħelwa, carried out a...

The Coalition for Gozo, with the backing of environment and heritage NGOs and hundreds of citizens, among whom eminent academics,...

Moviment Graffitti alongside residents’ groups Għaqda Storja u Kultura Birżebbuġa and Marsaxlokk Heritage express serious concern over proposal PC/00022/23, submitted...