Il-kampanja Ġustizzja għal Artna qed issejjaħ lin-nies biex jerġgħu jingħaqdu fi protesta t-Tnejn, is-27 ta’ Ottubru. Il-protesta se tibda fil-5.30pm minn quddiem il-Qorti u tibqa’ miexja lejn il-Parlament. Ripetutament stqarrejna li nippreferu npoġġu madwar mejda u niddiskutu r-riformi urġenti li pajjiżna għandu bżonn fil-qasam tal-ambjent u l-ippjanar. Madankollu, minkejja l-għajta tal-poplu għal ġustizzja — inklużi […]