Jean Paul Sofia – Ġustizzja mal-Vittmi tal-Kostruzzjoni
Ministry for Public Works and Planning Block B, Triq Francesco Buonamici, Floriana, MaltaNistednukom tingħaqdu magħna sabiex infakkru l-mewt ta’ Jean Paul Sofia u nitolbu ġustizzja mal-vittmi kollha tal-industrija tal-kostruzzjoni f’pajjiżna. Dan se nkunu qed nagħmluh nhar is-Sibt 4 ta’ Frar fil-11 a.m., xahrejn wara li Jean Paul Sofia nstab mirdum taħt it-tifrik ta’ bini mġarraf f’Kordin. Bħal Jean Paul Sofia, Miriam Pace inqatlet tliet snin ilu mill-industrija […]