Tour Ġustizzja għal Artna – Birżebbuġa
L-ewwel waqfa tat-Tour Ġustizzja għal Artna ser tkun ġewwa l-pjazza ta’ Birżebbuġa, nhar il-Ħadd 30 ta’ Novembru, mid-9.30am sa nofsinhar. Flimkien mal-Għaqda Storja u Kultura Birżebbuġa, ser ikollna stand b’informazzjoni dwar il-pakkett ta’ liġijiet fl-ippjanar li, jekk jgħaddi mill-Parlament, se jwassal għal ħerba ambjentali u soċjali bla preċedent. L-abbozzi ta’ liġi u l-avviżi legali ppreżentati […]