Moviment Graffitti logo

Vilel f’Kemmuna – X’ma Jridux Juruk il-Hili Group

Mediterranean Conference Centre Dar il-Mediterran, St Elmo Place, Valletta, Malta

Vilel f’Kemmuna: x’ma jridux juruk il-Hili Group  Nistednukom għal laqgħa ta’ informazzjoni dwar il-proposta ta’ Hili Group għal vilel u lukanda f’Kemmuna, nhar is-Sibt 22 t’April fl-10.30am, barra Dar il-Mediterran għall-Konferenzi (MCC) fil-Belt Valletta.  F’dawn l-aħħar ġimgħat, Hili Group intensifikaw il-kampanja ta’ relazzjonijiet pubbliċi sabiex jippruvaw itaffu r-rabja tal-poplu lejn il-proġett tagħhom f’Kemmuna. Dan għamluh […]

Free

Konferenza Stampa – Il-Bidla li Rridu fl-Ambjent u l-Ippjanar

Planning Authority St Francis Ravelin, Floriana, Malta

 Ġimgħa qabel il-protesta nazzjonali Xebbajtuna! tas-27 ta’ Mejju, rappreżentanti ta’ komunitajiet u għaqdiet ser jindirizzaw Konferenza Stampa quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar sabiex jispjegaw il-bidla urġenti li hawn bżonn fil-politiki tal-ippjanar, fl-awtoritajiet responsabbli mill-ambjent u l-ippjanar u fil-mudell ekonomiku ta’ pajjiżna. Inħeġġukom tingħaqdu magħna f’din il-Konferenza Stampa. Narawkom www.xebbajtuna.org ******  A week before the national protest Xebbajtuna! […]

Free

Xebbajtuna! Make Placards with Us

Moviment Graffitti Premises 67, Strait Street, Valletta, Malta

 Join us this Thursday 25th for placard-making in preparation for Saturday's National Protest ‘Xebbajtuna! Bidla fl-Ambjent u l-Ippjanar ISSA!'  It's time to unleash your creativity and make a powerful statement as we gear up to take part in the collective roar for change at the upcoming national protest.  Our premises at 67, Strait Street, Valletta […]

Free

Xebbajtuna! Bidla fl-Ambjent u l-Ippjanar ISSA! – Protesta Nazzjonali

Triton Fountain Vjal Nelson, Valletta, Malta

 Għaqdiet ambjentali qegħdin isejħu lill-pubbliku sabiex jipparteċipa fi protesta nazzjonali l-Belt Valletta nhar is-Sibt 27 ta’ Mejju. Il-protesta ser tibda fl-10.30 am minn ħdejn il-Funtana tat-Tritoni.  Il-gruppi kollha, formali u informali, madwar Malta u Għawdex, jistgħu jappoġġjaw din il-protesta billi jikkuntattjawna fuq info@xebbajtuna.org jew jimlew il-formola fuq dan is-sit www.xebbajtuna.org. Dawn il-gruppi jistgħu jinkludu għaqdiet mhux […]

Free

Ħalluhom hemm! – Protesta Quddiem il-Kunsill Lokali tal-Mosta

Mosta Local Council Pjazza Rotunda, Mosta, Malta

Is-Sindku, il-Kunsill Lokali tal-Mosta u l-ERA ħasdu lill-Mostin u ħafna Maltin oħra meta ħabta u sabta bdew iqaċċtu s-siġar tal-pjazza tal-Mosta. Dalgħodu rnexxielna nwaqqfuhom milli jkomplu b'din il-ħerba. Iżda hemm bżonn li l-għadab tal-Mostin u dawk kollha kontra din l-oxxenità jinstema' ċar. Narawkom l-Erbgħa fis-6.30pm, quddiem il-Kunsill Lokali tal-Mosta. Dawn is-siġar huma l-memorja kollettiva tagħna. […]

Free

Protesta tar-Residenti Kontra l-Impjant tat-Tarmak fl-Imqabba

Qrendi Parish Church 30 Triq Il-Parroċċa, Il-Qrendi, Malta

Nhar il-Ħadd li ġej, residenti mill-Imqabba, il-Qrendi, iż-Żurrieq u s-Siġġiewi se jkunu qed jingħaqdu flimkien fi protesta kontra r-rilokazzjoni ta’ impjant tat-tarmak u l-konkrit fl-Imqabba. Il-protesta se tibda fl-10am quddiem il-Knisja Parrokkjali tal-Qrendi fejn wara se ssir mixja paċifika sal-Knisja ta' San Mattew tal-Maqluba. Aħna se nkunu qed nattendu din il-protesta b’turija ta’ appoġġ lejn […]

Free

NO! to 13-storey tower in Xemxija – Press Conference

Triq Piscopo Macedonia Triq Piscopo Macedonia, Xemxija, Malta

Il-Moviment Graffitti qed jappoġġja lir-residenti fil-ġlieda tagħhom kontra żvilupp massiv ieħor li qiegħed jiġi propost fix-Xemxija. Torri ta’ 13-il sular (PA/00865/24) qed jiġi propost biex jinbena fuq art tax-xagħri u qrib ħafna cart ruts protetti. Dan il-proġett mostruż ħa jipperikola wkoll il-banjijiet Rumani li jinsabu taħt iż-żona, fejn qed tiġi proposta triq ġdida biex takkomoda […]

Free

Manoel Island Picnic

Manoel Island WG32+8J2, Gżira, Malta

Let's meet up this Sunday, 24th March! The threat of losing Manoel Island is very real. Let’s all meet up to show the authorities that Manoel Island must remain for the people. We are inviting the public for a picnic this Sunday (24th March) on Manoel Island at 3pm. Bring your kids along, and your […]

Free

Għinna nġibu l-Belt Valletta lura – Help us get Valletta Back

Parliament Square Valletta City Gate, Valletta, Malta

This Saturday 6th April at 11am, we will be joining the Valletta residents in front of Parliament to protest against the current state of Valletta. The occupation of public spaces in Valletta by tables, chairs and other structures placed on public land by catering outlets has now exceeded all limits. Despite there being clear policies […]

Free

Il-Bankini taċ-Ċittadini! – Konferenza Stampa

Merchants' Street MUŻA, Merchants' Street, Valletta, Malta

It-tnaqqir tal-ispazji pubbliċi tagħna qiegħed kulma jmur dejjem jiżdied. Il-bankini, it-toroq, il-pjazez u anke l-kosta tagħna qed jiġu maħnuqa bl-imwejjed, siġġijiet u strutturi oħra mqiegħda minn stabbilmenti kummerċjali għad-detriment tad-dritt bażiku tagħna li naċċessaw u ngawdu bla xkiel l-ispazji pubbliċi. Il-bilanċ li jisħqu fuqu l-awtoritajiet huwa evidenti li mhux qed jintlaħaq, u ta’ dan qed […]

Free

Konferenza Stampa: Inwaqqfu l-Ħerba fiż-Żurrieq

Triq Napuljun Triq Napuljun, Iż-Żurrieq, Malta

L-Għaqda Residenti taż-Żurrieq qed torganizza din il-konferenza stampa kontra l-applikazzjoni PC/00068/22 li se tieħu medda kbira ta' għelieqi bejn iż-Żurrieq u l-Qrendi biex tinbena. Dawn l-għelieqi għadhom jinħadmu mill-bdiewa sal-ġurnata tal-lum, u biċċa kbira minn din l-art hi tal-Gvern. L-iżvilupp ta' din l-art se jkompli jkisser il-karattru rurali taż-Żurrieq, ikeċċi lill-bdiewa mill-għelieqi, u jgħarraq il-kwalità […]

Free

Protest Stroll – Give our Pavements Back

Aqualuna 120, The Strand, Gżira, Malta

Mixja-protesta favur spazji pubbliċi, is-Sibt 11 ta' Mejju, 5pm Ejjew ingħaqdu magħna għal din il-mixja għall-bankini tagħna. Nibdew minn ħdejn Aqualuna, ix-Xatt tas-Sliema, u nimxu flimkien ħdejn l-ex Fortina. - Għax irridu l-ispazji tagħna lura. - Irridu nimxu fil-libertà. - Irridu l-aċċess libertu għall-pushchairs u l-wheelchairs. - Irridu nieħdu nifs. - Irridu lura l-art pubblika […]

Free