Moviment Graffitti logo

Latest News

Laqgħa mir-residenti tax-Xgħajra dwar ir-reklamazzjoni tal-art

Laqgħa mir-residenti tax-Xgħajra dwar ir-reklamazzjoni tal-art


Dalgħodu ġiet organizzata laqgħa bejn ir-residenti tax-Xgħajra u tal-irħula viċin ix-Xgħajra, fejn ġew diskussi l-passi li għandhom jittieħdu bħala komunita’ biex jinħareġ appell iktar b’saħħtu kontra l-proposta tar-Reklamazzjoni tal-Art li tikkonċerna l-kosta tal-Kalkara-Xgħajra-Żabbar (San Anart) u Marsaskala.


Membri tal-Moviment Graffitti attendew din il-laqgħa u rrapurtaw li l-attendenza kienet waħda mimlija u pożittiva ħafna.

Din il-proposta ta’ Reklamazzjoni tal-Art ħa jkollha impatti enormi, mhux biss fuq il-kosta u l-ħafna speċi li ħa jiġu affetwati, imma wkoll ħa żżid it-traffiku fiż-żona. L-għar impatt hu li dan kollu ħa jaffetwa l-għixien tal-eluf ta’ nies li jgħixu madwar iż-żona – żona li wkoll sservi ta’ rikreazzjoni u kwiet għal eluf ta’ nies fil-madwar

Bħala Moviment Graffitti aħna ħa nkunu qiegħdin nissaportjaw bis-sħiħ din l-inizjattiva, u nħeġġukom li tingħaqdu mal-Facebook Group li qiegħed jieħu ħsieb, biex anka tkunu tafu x’inhuma l-iżviluppi, u tgħinu fejn tistgħu: https://www.facebook.com/groups/513888228658732/


Latest from our blog

Following its initial demands addressed to the Environmental Minister, the ERA and the Mosta Local Council, Moviment Graffitti has now...

The Court of Appeal today ruled that there were not enough grounds for a retrial in the planning case regarding...

With the cry “Give us back our square”, activists and residents occupied the illegal tables and chairs of the db...