[WATCH] Protest – Down with the Developers’ Dictatorship |  Moviment Graffitti Malta.
04/03/2020

[WATCH] Protest – Down with the Developers’ Dictatorship

Following the death of Miriam Pace in a tragedy caused by yet another act of carelessness by the development lobby, Moviment Graffitti is calling for a non-partisan protest against the unsustainable situation in which our country finds itself. Residents and citizens are held hostage by a group of developers who consider themselves above the law and have total control over politics, its players, and the authorities that should be administering it.


The construction lobby is continuously interfering in reforms in this sector and insists that its profits, not decency, are the most important value. The lack of enforcement in the sector, inadequate laws, a complete laissez-faire in planning, the lack of safety in construction sites, and the arrogant bullying attitude of this lobby are the result of years and years of donations and pressure on the world of politics.


This latest fatality is the direct result of this situation. Together with this, the legal notice drafted by Robert Musumeci after a spate of similar incidents last summer is the product of incompetence and servility towards the construction lobby. As we have repeated many times, accidents like this were going to continue because this “reform” did not tackle, in any manner, the structural problems within the system.


Besides a justified expression of anger on part of the public, during this protest we will be asking for a serious and decent approach in the construction industry. We are presenting proposals for a reform that will relieve residents of their financial and logistical burdens, that will give workers their rights and safety, that will introduce the licensing of contractors and developers, as well as the introduction of a points and blacklisting system. These proposals can be viewed online on https://bit.ly/3aqdnCm.


This Saturday, the protest will start at 10.30am from St Thomas More College in Santa Venera, and will move towards the site of the tragedy where some speeches will be held.

______________________________________________________________________________________________________


Stqarrija għall-Istampa 04/03/2020


Protesta Kontra l-Ħakma tal-Iżviluppaturi


Wara t-traġedja li swiet il-mewt lil Miriam Pace minħabba att ieħor ta’ traskuraġni mil-lobby tal-kostruzzjoni, il-Moviment Graffitti qed isejjaħ protesta mhux partiġġjana kontra s-sitwazzjoni insostenibbli li jinsab fiha pajjiżna. Ir-residenti u ċ-ċittadini jinsabu ostaġġi ta’ grupp ta’ żviluppaturi li jqis ruħu ‘l fuq mil-liġi u li għandu kontroll assolut fuq il-politika, min jagħmilha, u l-awtoritajiet li suppost jamminstrawha.


Il-lobby tal-kostruzzjoni kontinwament twaqqaf ir-riformi fis-settur tal-kostruzzjoni u tinsisti li l-profitt tagħha, mhux id-deċenza, hija l-iktar valur importanti. In-nuqqas ta’ infurzar fis-settur, il-liġijiet difettużi, il-libertinaġġ assolut fl-ippjanar, in-nuqqas ta’ sikurezza fis-siti tal-kostruzzjoni, u l-arroganza u l-prepotenza ta’ din il-lobby huma r-riżultat ta’ snin u snin ta’ donazzjonijiet u pressjonijiet fuq il-politika.


L-inċident li sewa l-ħajja ta’ Miriam Pace huwa riżultat dirett ta’ din is-sitwazzjoni. Flimkien ma’ dan inżidu li l-legal notice miktuba minn Robert Musumeci tul is-sajf li għadda wara serje ta’ inċidenti simili hija l-prodott tal-inkompetenza u s-servilità lejn din il-lobby. Minn dejjem għedna li dawn l-inċidenti kienu se jibqgħu jseħħu għaliex din ir-“riforma” bl-ebda mod ma indirizzat il-problemi strutturali f’din is-sistema.


Minbarra li nesprimu l-għadab ġustifikat ta’ parti kbira mill-poplu għal dan kollu, f’din il-protesta qed nitolbu li tidħol is-serjetà u d-deċenza fl-industrija tal-kostruzzjoni. Qed nippreżentaw proposti għal riforma li ma tħallix il-piżijiet finanzjarji u loġistiċi fuq ir-residenti, li tagħti lill-ħaddiema d-drittijiet u s-sigurtà meħtieġa, li tintroduċi l-liċenzjar tal-kuntratturi u l-iżviluppaturi, kif ukoll sistema ta’ punti u blacklisting. Dawn il-proposti jinsabu online fuq https://bit.ly/3aqdnCm.


Is-Sibt il-protesta se tibda fl-10.30am minn quddiem il-Kulleġġ St Thomas More, f’Santa Venera u se timxi lejn is-sit tat-traġedja fejn se jsiru xi diskorsi.