Measures introduced by St. Paul’s Bay Council welcomed, but construction problems still not addressed |  Moviment Graffitti Malta.
31/07/2019

Measures introduced by St. Paul’s Bay Council welcomed, but construction problems still not addressed

Moviment Graffitti welcomes the measures introduced by the St Paul’s Bay Local Council to tackle the waste issues in the locality, while regretting the missed opportunity to address the problems caused by the under-regulation and under-enforcement of the construction industry that is causing major inconvenience to residents, visitors and tourists. The organisation hopes that these concerns are also tackled for the benefit of all those who live, work and visit St Paul’s Bay.


Shortly after the Local Council elections, as a result of the continuous waste disposal issues in St Paul’s Bay, a number of residents came together and got into contact with Moviment Graffitti in order to do something about the issue and to ask for change in their locality.


Together, a list of demands were formulated and shared publicly to address the issues that residents were facing and signatures were collected in order to present the demands to the St Paul's Bay Local Council to demand the change they wanted to see.


The residents had planned to present the demands to the Local Council within the coming weeks. However, the Local Council has now adopted a 22-point plan for tackling the waste issues in the locality. Moviment Graffitti is pleased to see that this plan has finally been released, noting that a good number of the points reflect the demands that were formulated.


Moviment Graffitti would also like to draw attention to some of the demands that have not been mentioned by the Local Council, such as the issues with the construction industry in the locality. Residents had proposed the limitation of permits handed out in a particular area to reduce road closures and other inconveniences, proper enforcement of the regulations on dust control, health and safety and noise through the presence of enforcement officers, and safe passage on pavements, which are regularly blocked by construction work. Moviment Graffitti encourages the Local Council to take these into consideration.


Moviment Graffitti hopes that the Local Council sticks to its promises and continues to implement their action plan consistently, while continuing to monitor the situation for the sake and well-being of all St Paul's Bay residents.


Stqarrija Stampa 31/07/2019

Nilqgħu l-miżuri introdotti mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar, iżda l-problemi tal-kostruzzjoni għadhom mhux indirizzati 


Il-Moviment Graffitti jilqa’ l-miżuri introdotti mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar sabiex jiġu indirizzati l-problemi tal-iskart fil-lokalità, waqt li jilmenta dwar l-opportunità mitlufa sabiex jiġu indirizzati wkoll il-problemi ikkawżati min-nuqqas ta’ regolamentazzjoni u infurzar tal-kostruzzjoni bla rażan li qiegħda tikkawża inkonvenjenzi kbar lir-residenti, lil dawk li jżuru r-raħal, kif ukoll lit-turisti. L-organizzazzjoni tittama li dawn il-problemi wkoll jiġu indirizzati għall-benefiċċju ta’ kulmin jgħix, jaħdem jew iqatta’ l-ħin liberu tiegħu f’San Pawl il-Baħar.


Ftit wara l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, telgħet fil-wiċċ il-problema tal-iskart f’San Pawl il-Baħar, problema li ilha tikber għal żmien pjuttost twil, u li żdiedet b'mod sinifikanti din is-sena, fejn il-problema laħqet livell tant problematiku li r-residenti bdew ta’ kuljum jiktbu fuq il-midja soċjali biex juru l-istat tal-lokalità tagħhom u jitolbu bidla.


Għal din ir-raġuni, numru ta' residenti ingħaqdu u ġew f'kuntatt ma' Moviment Graffitti sabiex jagħmlu xi ħaġa dwar din il-kwistjoni. Ġiet ifformulata lista ta' talbiet li ġiet kondiviża pubblikament sabiex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet li kienu qed jaffaċċjaw ir-residenti, u nġabru l-firem sabiex jiġu ppreżentati t-talbiet lill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar bil-bidliet li xtaqu jaraw.


Ir-residenti kienu ppjanaw li jippreżentaw it-talbiet lill-Kunsill Lokali fil-ġimgħat li ġejjin, madankollu, il-Kunsill Lokali issa adotta pjan ta' 22 punt għall-indirizzar tal-kwistjonijiet tal-iskart fil-lokalità. Il-Moviment Graffitti bi pjaċir jara li dan il-pjan fl-aħħar ġie mniedi u jinnota li numru sodisfaċenti mill-punti proposti ġew milqugħa.


Moviment Graffitti jixtieq jiġbed ukoll l-attenzjoni għal uħud mit-talbiet li ma ssemmewx mill-Kunsill Lokali, u jħeġġeġ lill-Kunsill Lokali sabiex anke dawn jiġu kkunsidrati. Fost dawn il-punti, hemm limitu fuq in-numru ta’ permessi li joħorġu fl-istess żmien għall-għeluq ta’ toroq minħabba kostruzzjoni, l-infurzar xieraq tar-regolamenti dwar it-tnaqqis tat-trab mill-bini, is-saħħa u s-sigurtà fuq il-posta tax-xogħol u l-istorbju, u l-passaġġ liberu fuq il-bankini li wisq drabi jiġu mblukkati minħabba x-xogħlijiet.


Il-Moviment Graffitti jittama li l-Kunsill Lokali jżomm mal-wegħdiet tiegħu u jkompli jimplimenta l-pjan ta' azzjoni tiegħu b'mod konsistenti, filwaqt li jkompli jissorvelja s-sitwazzjoni tar-residenti kollha ta' San Pawl il-Baħar.