Moviment Graffitti Malta.  | Palk Ħieles / Open Mic #26
Event Details

26/07/2018

Maori

Free

See Event Details

Palk Ħieles / Open Mic #26

Inizjamed flimkien mal-Moviment Graffitti se torganizza Palk Ħieles ieħor nhar il-Ħamis, 26 ta’ Lulju fit-8:00 ġewwa l-Maori fil-belt Valletta. Għal dan il-Palk Ħieles li jaħbat is-sitta u għoxrin wieħed se jkollna tema speċjali, “In-nisa: vuċi għolja, vuċi qawwija”. Ma jistax jonqos għalhekk li l-mistiedna speċjali tkun il-poetessa Maria Grech Ganado, li kienet l-ewwel mara Maltija li nħatret full-time lecturer fl-Università ta’ Malta. Maria Grech Ganado twieldet Ħal Lija fl-1943 u għandha tlett itfal. Tikteb u ppublikat kemm bil-Malti u kemm bl-Ingliż, u rebħet il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb diversi drabi. Għadha kif ippublikat ġabra ta’ poeżiji bl-isem ta’ “Framed” permezz ta’ Merlin Publishers. Nafu fiċ-ċert li Maria Grech Ganado ma tridx tkun weħedha u għalhekk kulħadd huwa wkoll mistieden sabiex jaqra xi poeżija, storja, jagħmel xi stand-up, jgħid xi ċajta, ikanta kanzunetta oriġinali jew jesprimi dak li jħoss fuq it-tema. Jekk forsi ma tafux minn fejn tibdew, għandkom tema ideali biex tixprunakom. Kull lingwa, kull djalett, kull aċċent huwa merħba bih. 

- - - - - 

On Thursday, 26th July, Inizjamed together with Moviment Graffitti will be organising the 26th Open Mic at 8pm at Maori in Valletta. For this Open Mic, together with a co-host we also have a theme, “Women: say it loud, say it proud”. It is only natural that as a special guest we have the special woman Maria Grech Ganado, the first woman to be appointed as a full-time lecturer at the University of Malta. Maria Grech Ganado was born in Ħal Lija in 1943 and is a mother of three. She writes and has published in both Maltese and English. She has won the National Book Prize more than once. Recently she has published a collection of poems called ‘Framed’ through Merlin Publishers. Maria Grech Ganado does not want to be alone, and the stage is open for everyone. You can read a poem, a short story, perform a stand-up, tell a joke, sing an original song, the list is endless. If you’re unsure of what to write about, the theme can be the perfect springboard. Every language, every dialect, every accent is more than welcome.